Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Birgu

Raġel ta’ 32 sena f’qagħda kritika wara li jġarrab ġrieħi serji f’inċident f’kumpless sportiv fil-Birgu

Raġel ta’ 32 sena residenti l-Qrendi jinsab f’qagħda kritika wara li ġarrab ġrieħi serji f’inċident f’kumpless sportiv fi Triq Kottonera, l-Birgu.

Minn investigazzjonijiet preliminari  juri li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-2:45 ta’ dalgħodu meta r-raġel safa milqut minn parti ta’ struttura li kienet qed tiżżarma f’dan il-kumpless.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Francesco Depasquale LL.D li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija