Il-Qorti tgħalaq b'sinjal ta' rispett lejn Carmel Chircop

Il-Kamra tal-Avukati ma tipproċediex b'kawżi b'rispett lejn l-Avukat Carmel Chircop

Il-Kamra tal-Avukati qalet li ma kinetx se tippresjedi b'kawżi matul il-ġurnata tal-lum u dan minħabba d-delitt dalgħodu tal-Avukat ta' 51 sena minn Birkirkara. 

Permezz ta' nota mwaħħla mal-bieb tal-Qorti, il-Kamra tal-Avukati nnotifikat lill-membri tagħha li wara dak li ġara dalgħodu, "f'laqgħa straordinarja tal-Kumitat, qiegħda immedjatament tagħti direttiva lill-membri tagħha sabiex b'sinjal ta' rispett lejn il-kollega Dr Carmel Chircop, b'effet immedjat ma jappatroċinawx kawżi oħra llum."

Minbarra din in-notifika, il-bieb tal-Qorti kellu anness miegħu faxx iswed bħala sinjal ta' luttu.

More in Qrati u Pulizija