Uffiċjali tad-Dwana li l-lejl li għadda ħadu sorpriża wara li waqqfu vettura tip SUV għal spezzjoni minħabba li koien hemm suspetti li l-vettura kienet qed iġġorr oġġetti suġġetti għad-dazju. Il-vettura kienet għadha kemm waslet minn Sqallija permezz tal-katamaran.
Hemmhekk, l-uffiċjlai tad-dwana, fetħu l-bieba tal-vettura u minflok prodotti, sabu raġel taħt xi kartun.Hawnhekk l-uffiċjali fetħu l-baggoll tal-vettura u sabu żewġ immigranti irregolari oħra.
Il-Pulizija tal-Immigrazzjoni mill-ewwel ġew infurmati b’dan il-każ.
Fit-tfittxija nżammu ukoll numru ta’ kaxxi bi fliexken tal-plastik bl-ilma li llum huma suġġetti għad-dazju tas-Sisa u li min ġabhom iddikjara lid-Dwana li ma kellux dokumenti u li kien ġabhom biex ibigħhom.