Julia Farrugia tirbaħ kawża ta' libell kontra Caruana Galizia

Caruana Galizia ġiet kundannata tħallas €3000 lil Julia Farrugia

Daphne Caruana Galizia nstabet ħatja li mmalafamat lil dak iż-żmien ġurnalista Julia farrugia meta fuq il-blogs tagħha kitbet allegazzjonijiet li ma ġewx ippruvati.

Il-Maġistrat Francesco Depasquale filwaqt li ma laqgħax l-argumenti tad-difiża li l-kitbiet tal-pubbliku li jidhru fil-blog tagħha mhix responsabbli għalihom hi, fid-deċiżjoni tiegħu qal ukoll li kien ippruvat li l-artikli kien fihom insinwazzjonijiet u kummenti offensivi fil-konfront ta' Farrugia. Il-qorti ossrvat li tali alegazzjonijiet saru madwar 16-il darba u waqfu meta nfetħet il-kawża ta' libell.

Caruana Galizia ġiet ikkundannata li tħallas is-somma ta' €3000 lil Julia Farrugia u l-ispejjeż tal-qorti.

More in Qrati u Pulizija