Mara ta’ 65 sena ġarrbet ġrieħi gravi f’inċident ilbieraħ f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħaxija fi Triq l-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ, meta mara residenti l-Ħamrun sfat milquta minn vettura tat-tip Volkwsagen Transporter misjuqa minn raġel ta’ 35 sena, li joqgħod l-Imtarfa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard hija ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.