Illum, il-Pulizija ta’ Bormla ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa t-tarzna minħabba li persuna kienet sfat midruba.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ jidher li raġel Indjan li għandu 55 sena kien sofra xi ħruq f’partijiet minn ġismu kawża ta’ nar li tela’ minn barbeque li kien qed jipprova jqabbad. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Ftit wara, huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post għall-assistenza.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Vella LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.