Raġel iweġġa gravi wara daqqa ta’ sikkina

Raġel ta’ 26 sena ferut b’daqqa ta’ sikkina minn persuna mhix magħrufa

Raġel barrani ta’ 26 sena residenti s-Swieqi weġġa gravi wara li ġie ferut b’daqqa ta’ sikkina f’San Ġiljan dalgħodu.

Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:55 ta’ filgħodu meta r-raġel ġie ferut waqt li kien miexi fi Triq Santu Wistin. L-aggressur ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.

Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-identità tal-aggressur għadha mhix magħrufa, filwaqt li t-tfittxija tal-pulizija għadha għaddejja. 

More in Qrati u Pulizija