Mara tittajjar minn karozza tal-linja … tittieħed l-Isptar

Xarabank misjuq minn xufier Taljan itajjar mara f'San Ġiljan

Mara ttieħdet l-Isptar wara li ġiet imtajjra minn tal-linja f’San Ġiljan ftit minuti qabel nofsinhar.

L-inċident seħħ għall-habta ta’ 11:45 ta’ filgħodu fi Triq Ġorg Borg Olivier, San Ġiljan, meta l-mara kienet imtajjra minn karozza tal-linja misjuqa minn raġel Taljan ta’ 51 sena.

Mad-daqqa, l-vettura soffriet xi ħsarat fil-windscreen filwaqt li l-mara taret ftit metri.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa iżda mhix fil-periklu tal-mewt.

More in Qrati u Pulizija