Marthese Zarb, infermiera u omm ta' 52 sena tilfet il-battalja tagħha kontra l-mewt meta ġiet ċertifikata mejta lbieraħ, ġimgħa wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt li għaddha fi Triq Sant'Andrija, San Ġiljan. Din l-aħbar sfortunata kienet ippublikata fuq is-sit elettroniku tax-xandir tal-PBS.
Fl-inċident kien involut ukoll binha ta' 18-il sena li rnexxilu jeħlisha hekk kif erbat ijiem wara l-inċident inħareġ mill-kura intensive. Anke s-sewwieq tal-karrozza Mazda 121, raġel ta' 53 sena minn Pembroke, anke jekk sofra minn ġrieħi gravi qatt ma kien fil-periklu tal-mewt. Żewġha ħelisha ħafif ukoll.
Il-karrozza li ħabtet magħhom kienet misjuqa minn raġel ta' 41 sena minn Ħaż-Żabbar li ma weġġax serjament. Sadattant skont l-aħbar li ħarġet fuq l-istess sit il-familja tagħha tat l-organi tal-vittma lill-isptar u t- trapjanti se jsiru fis-sigħat li ġejjin.