Valur sostanzjali ta' ġojjelli misruqa mill-Belt

Qed tinżamm persuna b'rabta mal-każ

Raġel mhux magħruf, daħal f'ġojjellerija fil-Belt fejn seraq ammont ta' ġojjellerija b'valur sostanzjali. il-każ seħħ ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tal-11.30am f'ġojjellerija fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru fuq il-post, fejn is-sid tal-ħanut infurmahom b'dak li kien ġara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Investigazzjonijiet intensivi li saru mill-Pulizija mill-Għassa tal-Belt, flimkien ma’ dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali wasslu biex il-Pulizija qed iżżomm persuna b’rabta ma’ dan il-każ sabiex tgħin fl-istess investigazzjoni.

More in Qrati u Pulizija