Il-maġistrat Joe Mifsud ma jsibx lil Azzopardi ħati

'Falla t-tentattiv tal-Partit Laburista li jgħalaq ħalq l-Oppożizzjoni'

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jindirizza lill-ġurnalisti dalgħodu quddiem il-Qorti
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jindirizza lill-ġurnalisti dalgħodu quddiem il-Qorti

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopari nstab mill-Qorti li mhux ħati ta' malafama fil-konfront tal-eks-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit.

Fost ċapċip ta' xi nies li nġabru biex jifirħulu quddiem il-Qorti, Azzopardi rringrazzja lil "mijiet kbar li wrew sapport u solidarjetà," u esprima sodisfazzjon, "għalija personali u għall-Partit Nazzjonalista."

"Ingħatat sentenza importanti ħafna favur il-libertà tal-espressjoni u ħareġ ċar li falla dak kollu li pprova jagħmel il-Partit Laburista biex jgħalaq ħalq l-Oppożizzjoni," sostna d-deputat Nazzjonalista.

Fil-kummenti tiegħu, Azzopardi kompla jinsisti li dan il-każ qatt ma missu wasal s'hawn, "u jekk xejn, kellu jkun taħt liġi differenti, li ma ġġibx magħha l-piena tal-ħabs."

"Dan il-każ mhux ta' Jason Azzopardi, imma ta' Oppożizzjoni li qed jippruvaw jgħalqulha ħalqha," kompla jsostni Jason Azzopardi.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ma sabx lix-shadow minister għall-Ġustizzja ħati ta' malafama għaliex hu ma kellu ebda intenzjoni li jinsulta lil Zammit fil-konferenza tal-aħbarijiet f'Ġunju tas-sena li għaddiet, dwar rapport mill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

Ir-rapport kien jgħid li Zammit kien l-aħħar wieħed li kellu l-pussess ta' fajl kunfidenzjali relatat ma' investigazzjoni interna tal-Pulizija dwar l-Ispettur Elton Taliana. Il-fajl kien iktar tard ġie użat mill-editur maniġerjali tal-gazzetta MaltaToday, Saviour Balzan bħala evidenza f'kawża ta' libell kontra l-istess gazzetta minn Taliana. Minkejja dan, Balzan ċaħad li Zammit kien is-sors.

Iktar kmieni matul il-ġimgħa li għaddiet, meta bdiet tinstema' l-kawża, fost għajjat ta' nies miġbura quddiem il-Qorti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li din il-kawża kienet 'attakk' orkestrat mill-Gvern laburista biex jintimida lill-PN.

L-Imħallef Joe Mifsud wissa li dawk li dawru dan il-każ ta' malafama f'wieħed ta' ċirku għall-mezzi tax-xandir meta l-Oppożizzjoni insistiet li Azzopardi kien qed jiġi attakkat mill-Istat. "Id-dmir tal-Qorti huwa li tmexxi l-opinjoni pubblika u mhux titmexxa minnha."

 

More in Qrati u Pulizija