Il-Qorti tal-appell ikkomfermat is-sentenza ta’ għomor il-ħabs mogħtija fl-2013 lil David Zerafa, magħruf bħala l-Pixka, li f’Mejju tal-2004 kien responsabbli tal-qtil brutali tal-avukat Dr Michael Grech, barra r-residenza tiegħu f’Marsalforn, Għawdex.
L-avukat, li kien ir-rappreżentant legali l-eks mara ta’ Zerafa waqt il-proċeduri tas-separazzjoni tal-koppja, qala’ tiri ta’ arma nar f’sidru, qabel ma’ ngħata diversi daqqiet ta’ ‘baseball bat’.
Waqt il-guri kontra Zerafa fl-2013, esperti forensiċi kkonfermaw l-użu ta’ arma tan-nar u oġġett tqil li ma jaqtax. Zerafa kien ġie ddikjarat ħati bi tmien voti kontra wieħed u mogħti sentenza l-ħabs.
Sena wara, żewġ priġunieri oħra, Steve Spiteri u Rodney Vella żvelaw dettalji dear il-qtil lill-Pulizija, li kienu semgħu mingħand Zerafa stess.
Din ix-xhieda waslet biex Zerafa jitlef l-appell għall-kawża li kien għamel fl-2013 u llum jingħata s-sentenza ta’ għomor il-ħabs.