Investigazzjoni ta’ mewt suspettuża

Il-Pulizija qed tinvestiga l-mewt suspettuża ta' Ingliż li nstab ilbieraħ f'San Pawl il-baħar

Il-Pulizija tinvestiga każ ta' mewt suspettuż
Il-Pulizija tinvestiga każ ta' mewt suspettuż

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-20:30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq il-Merluzz, San Pawl Il-Baħar.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post instab il-katavru ta' raġel f’waħda mill-kmamar. Minn aktar investigazzjonijiet ġie stabilit li r-raġel huwa ta’ nazzjonalità Ingliża u għandu 77 sena.

Wara awtopsja li saret fuq il-katavru aktar kmieni llum, il-Pulizija qed titratta din l-investigazzjoni bħala waħda ta’ mewt suspettuża.  

Il-Pulizija qegħda żżomm persuna inkonnessjoni ma’ din l-investigazzjoni.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A. Bugeja li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija