Liberati basta ma jagħmlux sess qabel jagħlqu 18-il sena

Tivvota tista'...sess Le

Il-Qorti llum tat il-libertà lil koppja taħt l-età wara li kellhom x'jaqsmu sesswalment. Din il-libertà ngħatatilhom fuq numru ta' kundizzjonijiet, fosthom li ma jwettqux reat ieħor fi żmien tliet snin, jiġifieri meta t-tfajla tkun għalqet 18-il sena.

L-istorja bdiet meta tfajla ta' 15-il sena kellha x'taqsam sesswalment ma' ġuvni ta' 17-il sena. U din it-tfajla wara marret tirrapurtah lill-Pulizija li kellu x'jaqsam magħha mingħajr il-kunsens tagħha. Iżda dan irriżulta li ma kienx minnu, meta mill-investigazzjoni tal-pulizija, instab li t-tnejn kellhom x'jaqsmu bil-kunsens ta' xulxin.

Il-punt hu li l-Qorti lliberathom bil-kundizzjoni li ma jkollhomx x'jaqsmu ma' xulxin qabel it-tnejn li huma jkollhom 18-il sena. Interessanti l-fatt li fil-Kunsilli Lokali tista' tivvota ta' 16-il sena u tagħżel lil min imexxilek il-lokalità tiegħek u anke tkun sindku tar-raħal iżda ma jistax ikollok x'taqsam sesswalment qabel tagħlaq 18-il sena. Issa l-pajjiż qed jaħseb biex il-vot għal min jagħżel il-gvern jinżel għal sittax-il sena iżda ma tistax tagħmel sess qabel 18. Tivvota tista' sess le!

 

More in Qrati u Pulizija