Tmur tbigħ id-droga... u l-'klijenti' jkunu Pulizija

Traffikant tad-droga għamel għażla ħażina lil min ibiegħ id-droga, hekk kif il-'klijenti' li għażel kienu Pulizija pajżana

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Traffikant tad-droga Somalu, Ali Abdi Jama ,se jqatta t-18-il xahar li jmiss il-ħabs wara li nqabad ibiegħ id-droga marijuana f'Paceville, u dan għax minn tant nies f'Paceville, huwa għażel li jipprova jbiegħ lil xi Pulizija pajżana, li 

Jama, Somalu ta' 28 sena li jgħix fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far, ġie arrestat quddiem il-kumpless Axis is-sajf li għadda wara li huwa ġħazel li jindirizza żewgt irġiel, li nzertaw kienu Pulizija u qalilhom "Tridu xi droga ? Ħaxixa? Ħaxixa?". Wara li ż-żewġ uffiċjali talbuħ jikkjarifika l-offerta tiegħu, Jama kompla joffrilhom jekk iridux xi ftit.

Minkejja li dak il-ħin, waqt tfittxija fuq ir-raġel ma nstabitx droga, waqt li kien qiegħed jiġi interrogat, Jama ammetta li huwa kien offra liż-żewġ Pulizija jekk iridux jixtru ħaxixa, li mbgħad hu kien se jiġbor mingħand xi ħbieb tiegħu li jbiegħu id-droga fil-viċin. Jama qal li ma kull bejgħ li jagħmel kien jingħata "commision" ta' bejn €5 u €10.

Filwaqt li ma kienx jaf fejn ħbiebu jżommu d-droga, Jama infurma l-Pulizija li jaf x'jisimhom. Fil-Qorti, l-Imħallef Natasha Galea Sciberras ħadet nota li l-akkużat għamel stqarrija bil-miktub fejn fiha ammetta li huwa kien qiegħed jitħallas biex jaħdem ta' intermedjarju fil-bejgħ tad-droga ta' ħaddieħor. il-maġistrat sostniet li din l-ammessjoni kienet biżżejjed bħala prova ta' ħtija ta' traffikar ta' droga.

L-offiża ta' traffikar ġie magħmula aktar gravi minħabba l-fatt li t-traffikar kien qiegħed isir inqas minn 200 metru minn post frekwentat minn minuri.

Jama nstab ħati u mogħti sentenza ħabs ta' 18-il xahar, li minnhom diġà tnaqqas iż-żmien li fih ilu arrestat. Huwa ingħata wkoll multa ta' €1,500

More in Qrati u Pulizija