Raġel mill-Fgura akkużat li attakka lil ommu

Fil-passat, kellu akkużi simili kontra eks sieħba tiegħu

Raġel ta' 36 sena mill-Fgura ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb li mhux ħati li weġġa' u kkawża ġrieħi fuq ommu, waqt li kien riċediv.

Fil-Qorti ingħad kif il-każ seħħ ilbieraħ wara nofsinhar, għall-ħabta tal-1.30pm, fid-dar ta' ommu fil-Furjana. Ir-raġel, li ismu mhux jixxandar minħabba n-natura tal-każ, qal li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu. L-avukat tiegħu, min-naħa l-oħra talab għall-ħelsien mill-arrest waqt li fakkar kif l-akkużat kellu żewġt itfal xi jamntni u jieħu ħsieb.

Min-naħa l-oħra, l-akkuża qalet kif din ma kinetx l-ewwel darba tar-raġel, hekk kif fil-passat, kien akkużat b'akkużi simili kontra eks sieħba tiegħu, waqt li saħaq li minħabba n-natura tar-relazzjoni tal-persuni involuti, jista' jkun hemm riskju fuq l-evidenza.

Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lir-raġel fuq depożitu ta' €200 u garanzija personali ta' €2,000, waqt li jrid jiffirma darbtejn fil-ġimgħa, ma jkellimx lil ommu u ma jgħaddix mit-triq fejn toqgħod.

More in Qrati u Pulizija