Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-21:40, seħħet serqa ġewwa stabiliment tal-logħob fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel, li kienu mgħammda u libsin hoodie daħlu ġewwa l-istabiliment u wara li aggredew lill-impjegat serqu xi flus.
L-impjegat, ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal-Tarxien ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.