Raġel li ġie mtella' l-Qorti fuq akkużi ta' serq, ħareġ ħieles wara li l-akkużi kontrih waqgħu minħabba żball fid-data tal-akkużi.
Raymond Xerri, kien arrestat fl-20 ta' Jannar wara li sid ta' vann misruq tat-tip Isuzu, li kien insteraq bejn id-9 u l-10 ta' Frar tal-2009, innota lil Xerri jsuq il-vann misruq.
Xerri kien mixli li kien fil-pussess ta' oġġeetti misruqin, u akkużat li huwa kien jaf li l-oġġett in kwestjoni kien misruq meta xtrah għall-prezz ta' €500. Dan minkejja li ovvjament, vann jiswa ħafna aktar minn hekk.
Id-difiża nnotat fuq l-akkuża, kien hemm id-data ħażina. l-allegat krimini seħħ erbat ijiem wara ż-żmien speċifikat fid-dokumenti preżentati fil-Qorti dwar l-akkużi kontra Xerri.
Hekk kif il-Qorti għarfet li d-dati speċifikati ma kienux validi, l-akkużi kollha kellhom jaqgħu u l-akkużat jinħeles liberu minn kull akkuża.