Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-21:30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm attentat ta' serqa minn confectionery fi Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi flimkien ma’ dawk mir-Rapid Intervention Unit, marru minnufih fuq il-post fejn irriżulta li raġel liebes hoody kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata ta’ 18-il sena.
Sid il-ħanut, raġel ta’ 33 sena minn Marsaskala, żamm lill-aggressur, filwaqt li Pulizija u Gwardjan tal-ħabs li joqgħodu fil-viċin u li dak il-ħin kienu Off-duty, ġew imsejħa minn xi ġirien. Dawn żammew lill-agressur sa ma waslet il-Pulizija fuq l-post. Ħadd ma weġġa' f’dan l-inċident.
L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.