Għall-ħabta tal-17:00 ta' wara nofsinhar, ġie rrappurtat li raġel ta' 51 sena nstab mejjet f'għadira demm fid-dar tiegħu fi Triq il-Ġiżi, Swieqi.
S'issa mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li dan kien omiċidju hekk kif huwa mifhum li r-raġel inqatel b’daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Kienet il-mara tal-vittma stess, li hi ta' nazzjonalità Russa, li sabet il-kadavru fl-art f'għadira demm u nfurmat lill-Pulizija. Fuq il-post issejħet ambulanza, iżda r-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post. Il-vittma ġie identifikat bħala David Abela, negozjant u sid tal-grupp tal-kumpaniji '21st Century'.
Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni tal-Pulizija jinsabu fuq il-post jagħmlu l-investigazzjoji meħtieġa. Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Aktar dettalji 'l quddiem