Għall-ħabta tat-8:15 ta' dalgħodu, f'sit tal-kostruzzjoni fl-inħawi tal-Girgenti, fis-Siġġiewi, numru ta' ħaddiema sabu l-katavru ta' raġel hekk kif kienu se jibdew il-ġurnata tax-xogħol tagħhom.
Ir-raġel instab mal-art ħdejn sit ta’ konstruzzjoni. Huwa ġie ddikjarat mejjet fuq il-post, u aktar tard ġie identifikat li huwa ta' nazzjonalità Latvija, għandu 41 sena u li kien jgħix Birżebbuġa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia. Il-Pulizija mill-Għassa tas-Siggiewi qegħdin jinvestigaw il-każ.