Kien qed jitlob għall-mejjet meta għajjat 'Allahu akbar'

L-Ivorjan li għajjat 'Allahu akbar' waqt funeral kien fis-sakra fil-ħin tal-inċident

ritratt meħud minn inews.com
ritratt meħud minn inews.com

Ir-raġel li lbieraħ għajjat 'Allahu akbar' waqt funeral quddiem il-knisja tal-Marsa kien qed jitlob għal mejjet, skont l-avukat tiegħu.

Modibo Cisse ta' 29 sena, li kien jidher li kien għadu bl-effett ta' 'hangover' tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit u ġie akkużat li kiser il-paċi pubblika u li kien fis-sakra f'post pubbliku.

Cisse, li hu mill-Kosta tal-Ivorju iżda residenti Ruma tressaq fil-Qorti wara li ġie identifikat u miżmum mill-Pulizija f'raid fil-Marsa iktar kmieni llum.

L-avukat ta' Cisse spjega kif ir-raġel kien qed " jitlob għall-mejjet," meta daħal fil-Knisja tat-Trinità fil-Marsa waqt funeral, u għajjar "Allahu akbar."

Meta mistoqsi kif kien se jwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih, Cisse ammetta li hu ħati u aċċetta li jmur lura lejn l-Italja volontarjament, waqt li jitlaq b'titjira llejla stess.

Minħabba f'hekk, Cisse ngħata sentejn ħelsien ikkundizzjonat. L-avukat Victor Aquilina deher għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija