Sentenza sospiża għal Ungeriż li weġġa' spettur

L-Ungeriż tressaq il-Qorti mixli fost l-oħrajn li ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu, li rreżista l-arrest bi vjolenza

Ungeriż ta’ 27 sena li joqgħod Għawdex ingħata s-sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija sospiżi għal erba’ snin u mmultat €4,000 wara li ammetta li ta daqqa ta’ ponn lil surġent tal-Pulizija quddiem post tad-divertiment f’Paceville.

L-Ungeriż tressaq il-Qorti mixli li ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu, li rreżista l-arrest bi vjolenza, hedded lill-Pulizija, darab lis-surġent u li kien fis-sakra.

Kien l-istabbiliment tad-divertiment li talab l-intervent tal-Pulizija biex l-Ungeriż jitlaq u wara li tliet membri tal-Korp marru biex ikellmu huwa nfexx fi vjolenza. Huwa ġie ordnat ukoll li jħallas €1,685 fi ħsarat li għamel li jattendi kors tar-rijabilitazzjoni mill-alkoħol.

More in Qrati u Pulizija