Jispiċċa l-ħabs wara li seraq minn karozzi pparkjati

Żagħżugħ ingħata sena priġunerija u avżat li joħroġ mill-abbuż tad-droga

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Żagħżugħ ta’ 23 sena ngħata s-sentenza ta’ sena priġunerija wara li ammetta li seraq u wettaq ħsara f’karozzi li kienu pparkjati f’Tal-Pietà.

Huwa ġie mwiddeb mill-Qorti biex jegħleb il-vizzju tad-droga wara li talab li jkun jista’ jmur għall-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga.

Huwa tressaq il-Qorti b’żewġ kapi ta’ akkuża fosthom b’serq aggravat.

Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ kien diġà tpoġġa taħt żewġ ‘probations’, mar għar-riabilitazzjoni bosta drabi u li l-abbuż qed ipoġġi dawl ikrah fuq familtu.

More in Qrati u Pulizija