Ħafritlu 'għall-ġid tal-familja' wara li attakkaha fil-pubbliku

Il-Qorti tordna li raġel jieħu trattament għall-atteġġjament tiegħu wara li weġġa lil martu f'Ta Xbiex - Martu twaqqa' l-akkużi fil-Qorti

Raġel vjolenti fil-konfront ta' martu se jkun trattat għal imġieba ta' rabja mingħajr kontroll permezz ta' programm ta' anger management hekk kif weġġa lil martu fi ġlieda li kellu magħha fil-pubbliku, f'Tax Xbiex. 

L-inċident seħħ nhar il-Ħadd li għadda għal ħabta 2;00 pm. meta r-raġel li ismu ma jistax jixxandar b'ordni tal-Qorti, kellu viżita fuq il-post tax-xogħol minn martu. 

Il-koppja kellhom argument li spiċċa fi vjolenza fiżika. Il-mara spiċċat b' ġrieħi ħfief. 

Ir-raġel deher il-Qorti quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri dalgħodu, wara li kien arrestat mill-Pulizija. Hu ġie akkużat li weġġa lil martu fl-argument.

Minkejja dan, meta kienet qed tixhed, martu qalet lill-Qorti illi riedet twaqqa' l-akkużi kontra żewġha. Hi qalet li għadha tgħix miegħu u minkejja li attakkaha riedet taħfirlu 'għall-ġid tal-familja'. 

Hija qalet ukoll illi lesta li twaqqa' l-każ sakemm żewġha jmur klassijiet illi fihom jingħata trattament. L-Avukat Difensur Marion Camilleri ssuġġerixxiet li l-akkużat jkun taħt is-superviżjoni ta' Uffiċjal tal-Probation

More in Qrati u Pulizija