Issekwestrati flus li ma ġewx iddikjarati

Raġel minn Singapor nżamm arrestat mill-Pulizija wara li naqas li jiddikjara ammont konsiderevoli ta' flus li kellu

Raġel minn Singapor twaqqaw mill-uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Pulizija ssekwestrawlu l-flus, hekk kif naqas li jiddikjara li kellu €16,500 u li kellu wkoll $2,397 f’dollari ta’ Singapor.

Il-flus ġew issekwestrati wara li l-bagalja tar-raġel, li wasal minn Istanbul, twaqqfet hekk kif għaddiet mill-magna tal-X-Ray.

Wara tfittxija li saritlu, irriżulta li r-raġel ma kienx iddikjara l-flus li kellu.

It-Taqsima tal-Krimini Ekonomiċi tal-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u rritornaw €10,000 filwaqt li żammew €6,500 sakemm isiru l-investigazzjonijiet.

Ir-raġel qed jinżamm mill-Pulizija u mistenni li jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

More in Qrati u Pulizija