Raġel ta' 48 sena ngħata s-sentenza ta' sena priġunerija u ġie mmultat €116.47 wara li ammetta li seraq.
Ir-raġel li tressaq quddiem il-Qorti ta' Għawdex kien mixli wkoll li kellu sikkina mingħajr liċenzja jew permess tal-Kummissarju tal-Pulizija, għex ħajja ta' għażż u vagabunaġġ u li sar reċediv.
Huwa kien ġie arrestat mill-Pulizija waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena f'Għawdex.