Eritrean ta’ 26 sena li huwa resident f’Dar Franġisku f’Birkirkara ngħata s-sentenza ta’ seba’ xhur priġunerija wara li ammetta li wettaq attakk vjolenti u indeċenti fil-konfront ta’ mara.
Il-każ seħħ ilbieraħ f’San Ġiljan. Huwa nstab ħati wkoll li sar reċediv.
F’każ separat, l-istess żagħżugħ kien għamel ħsarat fuq karozzi pparkjati wara li ġie rrifjutat minn prostituta.
Il-Qorti għalhekk ddeċidiet li tagħti sentenza ta’ priġunerija u li jingħata l-kura għall-istess perjodu ta’ seba’ xhur filwaqt li tingħata l-protezzjoni lill-mara għal tliet snin.