Jinżamm arrestat għax ried jagħmel is-sess flok massaġġ

Somalu akkużat li kiser sieq mara li kienet qed tagħmillu massaġġ meta allegatament ipprova jistupraha

Somalu ta’ 22 sena nżamm arrestat wara li allegatament kiser sieq mara f’post tal-massaġġi f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ fl-14 ta’ Jannar li għadda f’ħanut fi Triq Manuel Dimech meta l-akkużat ippretenda li l-mara tagħmel is-sess miegħu u allegatament kisrilha sieqha meta pprova jistupraha.

Il-mara dehret fil-Qorti fuq siġġu tar-roti akkumpanjata minn membri tal-familja.

Hija qalet li l-akkuża kien ħallas għal massaġġ iżda f’mument minnhom qam, sakkar il-bieb, qattalha l-qalziet u beda jisforza lilu nnifsu biex iwettaq l-att sesswali.

Il-Qorti ma laqgħatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u s-Somalu nżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija