Tammetti li kienet tgħix minn fuq il-prostituzzjoni

It-tfajla kienet qed tuża stabbiliment tal-messaġġi għall-prostituzzjoni

Il-Qorti qed tistenna rapport qabel ma tagħti s-sentenza lil żagħżugħa li ammettiet akkużi dwar prostituzzjoni.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-Ispettur John Spiteri akkuża liż-żagħżugħa ta’ 24 sena li kienet qed tgħix minn fuq il-prostituzzjoni u kienet qed tippermetti li propjetá tagħha, f’dan il-każ stabbiliment tal-messaġġi, kien qed jintuża għall-prostituzzjoni.

Waqt ix-xhieda tiegħu, l-Ispettur wera l-flus kontanti li nstabu fl-istabbiliment.

Huwa ma oġġezzjonax għat-talba tad-difiża biex il-mara tingħata l-ħelsien mill-arrest.

L-Avukat Arthur Azzopardi, li qed jidher għaż-żagħżugħa, informa lill-Qorti li l-akkużata se tkun qed tammetti l-akkużi u talab għal rapport qabel ma tingħata s-sentenza.

Il-prosekuzzjoni qablet u nnuttat li l-passat taż-żagħżugħa ma kienx wieħed faċli u għalhekk ikun għaqli li l-Qorti teżamina s-sitwazzjoni preżenti tagħha.

Il-Qorti qabel ukoll li tagħti l-ħelsien mill-arrest lill-akkużata sakemm ikun lest ir-rapport.

More in Qrati u Pulizija