Għall-ħabs wara li bagħbsu l-passaporti

Tlett irġiel ġew arrestati lbieraħ u tressqu l-Qorti akkużati li bagħbsu l-passaporti

Tlett irġiel se jkunu qed jiskontaw xahar ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li bagħbsu l-passaporti.

Żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Albanija, u żewġt irġiel ta’ 34 sena mill-Mali u 56 sena min-Niger, tressqu l-Qorti separatament dalgħodu akkużati li bagħbsu l-passaporti u għamlu użu minn dokumenti li kienu jafu li huma foloz.

L-Ispettur Mario Haber, f’isem l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, spjega lill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, li t-tlieta li huma ġew arrestati lbieraħ.

It-tlieta li huma wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

More in Qrati u Pulizija