Iwieġeb mhux ħati wara li nstab fil-pussess tad-droga

Raġel tressaq il-Qorti akkużat b’pussess aggravat ta’ sustanzi illeċiti wara li ġie arrestat ilbieraħ

Raġel tressaq il-Qorti akkużat b’pussess aggravat ta’ sustanzi illeċiti wara li ġie arrestat ilbieraħ.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u talab li jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti aċċettat dan fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.

Huwa nstab fil-pussess ta’ amphetamines, kokaina, kannabis, ecstasy u anke LSD. Kien akkużat li rreżista l-arrest.

L-avukat Giannella Demarco talbet lill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera biex isem u d-dettalji tal-akkużat ma jixxandrux.

Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal din it-talba anke għax l-investigazzjoni għadha għaddejja.

Il-Qorti laqgħet din it-talba.

More in Qrati u Pulizija