Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li f’Marzu li għadda tefa’ l-aċtu fuq is-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti nstema’ kif fit-28 ta’ Marzu, l-akkużat attakka lis-sieħba tiegħu b’turnavit qabel ma wadbilha l-aċtu.
Lura fl-2012, ir-raġel kif akkużat li ta tnax-il daqqa ta’ sikkina lill-istess mara, bil-każ għadu pendenti quddiem il-Qorti.
L-istess akkużat kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €23,000.
Għalkemm saret it-talba għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-passat tiegħu.
Qalet ukoll li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest jista’ jbagħbas mal-evidenza u jkellem lix-xhieda.
Id-difiza talbet li jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli għall-osservazzjoni.
Il-Qorti odnat li d-direttur tal-ħabs jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ikun eżaminat l-istat mentali tal-akkużat.