Tlett irġiel akkużati li poġġew bomba taħt karozza, li kienet falliet milli tisplodi, ġew miċħuda l-ħelsien mill-arrest minkejja li qattgħu l-aħħar erba’ xhur taħt kustodja preventiva.
Lorenzo Callus, magħruf bħala l-Ħeswes, Paul Farrugia, il-Kwattru u Jonathan Farrugia magħruf bħala Ġanni ta’ Nina, jinsabu akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Mario Scicluna u s-sieħba tiegħu Elaine Galdes.
Il-każ seħħ f’Jannar li għadda.
Callus qed ikun akkużat ukoll li kien qed iġorr arma mingħajr liċenzja u li danke kien fil-pussess ta’ droga. Farrugia qed ikun akkużat ukoll bi traffikar tad-droga.
Farrugia qed ikun akkużat separatament li kien fil-pussess ta’ ammont kbir ta’ sigaretti tal-kuntrabandu.
L-Avukati tal-akkużati damu sitt xhur jistennew biex jitolbu għall-ħelsien mill-arrest, bil-għan li l-Qorti ma tgħidx li t-talba saret kmieni wisq, fost raġunijiet oħra.
Minkejja dan, il-Qorti rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li r-reat huwa wieħed serju u anke minħabba l-kondotta tagħhom.
Waqt li kkwotat għadd ta’ każijiet Ewropew, il-Qorti saħqet li għalkemm għalissa huma innoċenti, il-fatt li jistgħu jeħlu sentenzi twal ta’ ħabs, il-Qorti għandha dmir li tipproteġi lis-soċjetà.
Kien għalhekk li ngħatawx il-ħelsien.