Żagħżugħ inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti u wieġeb mhux ħati li seraq żewġt iħwienet u kkawża ġrieħi gravi lil wieħed mill-impjegati.
L-akkużat, li għandu 28 sena u joqgħod Tas-Sliema, l-ewwel ipprova jisraq ħanut tal-ħaxix fl-Imsida fis-16 ta’ Ġunju. Wara li seraq €70 minn ħdejn il-kaxxa tal-flus, huwa daħal fil-maħżen biex ikompli jisraq.
Kien hawn li meta ntebaħ li impjegat kien se jipprova jaħrab, imbuttah u tefgħu mal-art.
L-akkużat, allegatament ipprova jsakkru fil-fridge tal-ħanut iżda ma rnexxilux u kien għalhekk li waqqa’ diversi affarijiet tqal fuqu u kkważalu ġrieħi gravi f’rasu.
Wara li seraq il-ħanit tal-ħaxix, huwa pprova jisraq it-tieni ħanut iżda ġie arrestat ftit wara minn pulizija li nzerta għaddej mill-viċin u sema lill-impjegata tgħajjat għall-ajjut.
Huwa wieġeb mhux ħati iżda d-Difiża ma talbitx il-ħelsien mill-arrest u saħqet li l-akkużat għandu bżonn jingħata l-għajnuna biex jegħleb il-vizzju tad-droga.
Il-Qorti laqgħet din it-talba.