Żagħżugħ ta' 18-il sena ma waqafx jibki fil-Qorti meta tressaq akkużat li attakka lil ħuħ b'daqqiet ta' sikkina.
L-akkużat, mill-Fgura, tressaq quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia akkużat li ta' daqqiet ta' sikkina lil ħuh u li kkawżalu ġrieħi gravi f'ideh.
Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati bl-avukat tiegħu jinsisti li kien qed jiddefendi lilu nnifsu. Insista li jista' jkun li l-ġrieħi tal-allegat vittma kkawżahom hu stess.
Kien għalhekk li talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti aċċettat din it-talba fuq garanzija personali ta' €5,000. Ordnat li l-vittma jingħata l-protezzjoni u ordnat ukoll lill-akkużat biex ma jersaqx lejn il-Fgura.