Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ lis-sieħba u lit-tifla ta’ 11-il sena waqt argument li kellhom id-dar ilbieraħ filgħaxija.
L-akkużat Sirjan tressaq quddiem il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech akkużat li kkawża biża’ fis-sieħba u fit-tifla tiegħu, weġġagħhom ħafif, heddidhom u kiser il-paċi pubblika.
Waqt is-seduta r-raġel qal li twieled f’Aleppo u meta ġie mistoqsi jekk għandux aħbar ta’ ommu u missieru qal li missieru huwa ħaj iżda ma jafx x’sar minn ommu għax kienet ġiet maħtufa.
Huwa ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Madanakollu, minħabba n-natura tal-akkużi u anke għax il-vittmi għad iridu jixhdu, ir-raġel inżamm arrestat.