Tliet tfajliet ttellgħu l-Qorti wara li nhar is-Sibt li għadda kellhom xi jgħidu ma' studenta Franċiża, kaxkruha minn xagħarha, kisrulha jdejha u li kieku ma kienx ħabib tal-vittma li mar iferraqhom, kienu se jagħtuha n-nar.
Il-każ seħħ f'Paceville meta t-tliet tfajliet Spanjoli stennew lill-vittma, li għandha 24 sena, biex toħroġ mill-bar.
Meta twaqqfu mill-ħabib tal-vittma, l-akkużati ħarbu minn fuq il-post iżda ġew arrestati ftit tal-ħin wara fil-lukanda fejn kienu qed jgħixu.
It-tfajliet akkużati għandhom 18, 17 u 16-il sena.
Huwa kienu akkużati, fost oħra li qajmu kjas bil-għan li jikkommettu umiċidju, li kkawżaw ġrieħi gravi fuq il-vittma u li kisru l-paċi pubblika.
L-Avukati tagħhom qalu li l-akkużati se jkunu qed iwieġbu ħatja. Il-Qorti sabithom ħatja li kkawżaw ġrieħi gravi fuq il-vittma u li kisru l-paċi l-pubblika u tahom sentenza ta' 3 snin libertà kkundizzjonata.
'Nittama li bis-saħħa ta' dan il-każ tikbru,' temm jgħidilhom il-Maġistrat.