Żewġ żgħażagħ ngħataw sentenza sospiża ta’ ħabs wara li serqu minn żewġ supermarkets Għawdxin.
L-akkużati, li għandhom 32 u 25 sena u huma mis-Serbja, tressqu akkużati li serqu żewġ supermarkets fir-Rabat bejn l-1 u 3 ta’ Settembru.
Huwa serqu diversi prodotti ta’ ikel u flixken tal-alkoħol, bl-ammont tal-prodotti misruqa jaqbeż l-€460.
It-tnejn li huma wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni l-fatt li l-oġġetti kollha għadhom għand l-akkużati u li t-tnejn li huma kellhom kondotta nadifa.
Kien għalhekk li ngħataw sentenza ta’ 12-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u ġew ordnati jirritornaw l-affarijiet misruqa.