Passiġġier li kien fis-sakra waqt titjira li kienet ġejja Malta, ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li qajjem paniku sħiħ għax sab xagħra fl-ikel.
L-akkużat li għandu 45 sena minn Londra, deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużat li bl-attitudni tiegħu poġġa periklu fuq it-titjira, li tkellem b’mod abbużiv, hedded u anke fixkel lill-ekwipaġġ mix-xogħol tagħhom.
Kien akkużat ukoll li kien fis-sakra fuq ajruplan.
Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat qajjem paniku sħaħ meta fuq il-platt sab xagħra. Intqal ukoll kif beda jixrob minn fliexkun kbir tal-vodka anke jekk kien imċanfar mill-ekwipaġġ.
L-Avukat Franco Debono, li kien qed jidher għall-akkużat, saħaq li l-akkużat iddispjaċih għal dak li għamel bl-Avukat jispjegali li dawn l-affariijet għandhom jiġu riżolti bil-kelma t-tajba.
Insista miegħu li din l-attitudni ma hi aċċettabbli mkien, aktar u aktar fuq ajruplan.
L-akkużat ingħata sentenza ta’ tliet xhur ħabs sospiżi għal sena.
“Issa kompli gawdi l-btala u rringrazzja lill-Avukat,” temm jgħidu l-Avukat.