Liam Debono jingħata l-ħelsien mill-arrest
L-Avukat Franco Debono jinsisti li fejn falliet il-familja taż-żagħżugħ għandha tidħol tgħinu s-soċjetà
More in Qrati u Pulizija
L-Avukat Franco Debono jinsisti li fejn falliet il-familja taż-żagħżugħ għandha tidħol tgħinu s-soċjetà
Liam Debono, is-sewwieq taħt l-età li qed ikun akkużat bl-attentat tal-qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri, ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Debono qed jiffaċja total ta’ 47 akkuża wara li kaxkar lill-kuntistabbli Schembri għal 400 metru waqt li kien maqbud taħt il-karozza.
Schembri kien waqqaf lil Debono wara li dan ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà. Il-pulizija kien qatta’ jiem sħaħ jiġġieled għal ħajtu u spiċċa biex tilef idu l-leminija.
L-Imħallef Antonio Mizzi ta l-ħelsien mill-arrest liż-żagħżugħ wara li din kienet ġiet miċħuda lilu mill-Qorti tal-Maġistrati.
L-Avukat Franco Debono, li qed jidher għall-akkużat, qal li l-familja tal-akkużat falliet fejn jidħol dan iż-żagħżugħ u għandha tkun is-soċjetà li tgħinu.
Debono, li għandu 17-il sena, ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000. Huwa jrid jiffirma kuljum fl-għassa tal-Pulizija u josserva curfew.
Nhar il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM żvelat li omm iż-żagħżugħ li kienet ammettiet il-ħtija ta’ pussess ta’ erorjina fl-2015 u li qed tiffaċja procedure ġodda, kienet titolbu jwassalha d-Detox minkejja li kienet taf li ma jistax isuq.
Aqra dak li nqtal waqt il-kumpilazzjoni ta' evidenza sa issa:
'Ħeqq, m'hemmx x'tagħmel' - Kliem Liam Debono meta qalulu li seta' qatel pulizija
'Kont taħt il-karozza u bdejt nara kollox, bdejt ngħajjat; Ieqaf! Ieqaf!'
'Lanqas għaraft min kien...kellhom jgħiduli li kien Simon Schembri'