Il-każ seħħ ilbieraħ f'appartament f'San Ġiljan
Żagħżugħ inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ umiċidju.
Il-każ seħħ jumejn ilu f’appartament f’San Ġiljan meta l-akkużat, li għandu 22 sena minn Sqallija, allegament ta daqqiet ta’ sikkina lil Sqalli ieħor.
Huma kienu f’appartament f’San Ġiljan.
Il-vittma sofra minn ġrieħi gravi.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li għad fadal persuni x’jixhdu.