Raġel inżamm arrestat u kellu l-assi tiegħu kollha ffriżati wara li tressaq akkużat li importa 25 kilogramma kannabis li l-valur tagħha kien jammonta għal aktar minn nofs miljun ewro.
L-akkużat, minn Sqallija kien arrestat nhar it-Tnejn li għadda, flimkien ma’ żewġt irġiel Taljana, wara rejd f’garaxx f’Tas-Sliema.
Id-droga nstabet f’kaxxi li kien fihom ukoll diversi pakketti tat-tissues.
L-Isqalli kien akkużat ukoll li kien beħsiebu jbigħ il-kannabis, li importaha u li kien kompliċi fl-importazzjoni tad-droga.
Id-difiża informat lill-Qorti li l-akkużat se jkun qed iwieġeb mhux ħati.
Il-ħelsien mill-arrest ma kienx mitlub iżda d-Difiża talbet lill-prosekuzzjoni ittella’ x-xhieda malajr kemm jista’ jkun.