Żewġ tfajliet Spanjoli ingħataw sentenzi sospiża wara li tellgħu l-Qorti akkużati li b’pussess u li kienu qed ikabbru l-kannabis.
Iż-żewġ akkużati, kienu akkużati li kienu qed ikabbru pjanta tal-kannabis, li impurtaw il-kannabis u b’pussess.
L-Ispettur Frank Anthony Tabone qal lill-Qorti li l-akkużati ilhom sena jgħixu Malta u kienu dipendenti ħafna fuq il-kannabis.
Huma nstabu fil-pussess ta’ 19-il gramma reżina tal-kannabis u pjanta. Spjega kif skont il-liġi Spanjola jistgħu jżommu sa 20 gramma kannabis u jkabbru sa żewġ pjanti.
Madanakollu, il-liġi Maltija hija aktar riġida anke jekk kampanja biex ikun il-kannabis rikreattiva ma tibqax illegali.
Iż-żewġ tfajliet wieġbu ħatja.
Huma ngħataw sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn.