Żagħżugħ tpoġġa taħt probation wara li tressaq akkużat b’miżaproprijazzjoni ta’ fondi minn diversi kumpaniji.
Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat ħallas l-ammonti kollha lura.
Huwa kien akkużat b’miżaproprijazzjoni ta’ pagamenti għal servizzi, mill-MFCC u l-Grupp Corinthia u anke pagamenti ta’ klijenti minn Demajo Group.
Jidher li dawn il-fondi kienu għall-impjegati tiegħu.
Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv.
L-akkużat irrifjuta li jkellem avukat qabel l-interrogazzjoni.
Huwa ammetta l-akkużi kollha f’Novembru li għadda.
L-avukati għat-tliet kumpaniji inkwistjoni qalu fil-Qorti li l-ammonti kollha misruqa tħallsu lura.
Għalhekk, l-akkużat tpoġġa taħt probabtion għal tliet snin.