Raġel Bulgaru b'mandat ta' arrest jinqabad mill-Pulizija Maltija

Huwa kien qed jiġi mfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom fuq ħsara, ġrieħi lill-terzi, offiżi kontra l-ordni u l-paci pubblika, fost oħrajn

Wara diversi jiem t’osservazzjoni minn membri mill-Iskwadra tal-Criminal Intelligence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ġie arrestat raġel Bulgaru ta’ 30 sena.  
Ir-raġel kien arrestat fuq bażi ta’ Mandat t’Arrest Ewropew maħruġ f’ismu. Huwa kien qed jiġi mfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom fuq ħsara u distruzzjoni, ġrieħi lill-terzi, offiżi kontra l-ordni u l-paci pubblika, fost oħrajn.  Il-Criminal Intelligence Unit jagħmel parti mill-grupp ENFAST, li huwa responsabbli li jintraċċa u jarresta persuni maħruba. 

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.  
 

More in Qrati u Pulizija