Schembri jiftaħ protest ġudizzjarju biex jieħu xogħlu lura mal-AFM

L-eks membru tal-AFM li tkeċċa wara filmat li ttella' fuq il-midja soċjali jitlob illi jingħata xogħlu lura wara illi tkeċċa

Godwin Schembri u l-grada li tefgħatu
Godwin Schembri u l-grada li tefgħatu

Godwin Schembri, l-eks membru tal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) li tkeċċa wara filmat li ttella' fuq il-midja soċjali (dwaru jilmenta dwar grada u juża lingwaġġ goff) jixtieq illi jingħata xogħlu lura. 

Fi protest ġudizzjarju li ressaq dalgħodu permezz tal-avukati tiegħu Joe Giglio u Mario Spiteri, Schembri argumenta illi d-deċiżjoni biex jitneħħa mill-armata kienet "diskriminatorja" u "sproporzjonata". 

Il-filmat li fih jidher hu ma kienx intenzjonat għall-konsum pubbliku. Minkejja dan iżda, ġie mxerred fuq il-Whatssapp u fuq diversi siti soċjali oħrajn. Schembri l-ewwel kien iddixiplinat internament imma mbagħad mkeċċi mill-AFM ukoll. 

Fil-protest Schembri jitlob li d-deċiżjoni li l-impjieg tiegħu jkun itterminat tkun mibdula.  
 

More in Qrati u Pulizija