Id-Dipartiment tad-Dwana għadu kif għamel qabda kbira ta' droga b'valur ta' €11-il miljun.
Din il-qabda seħħet wara li kontejner kien spezzjonat fil-Freeport, liema kontejner kien telaq mill-Amerika ta' isfel u kien waqaf f'Malta qabel ma jibqa' sejjer lejn Lvant Nofsani.
B'kollox ġew eżaminati 532 kontenitur u nstab li sitta minnhom kellhom basktijiet tal-plastik mimlijin b'sustanza bajda f'likwidu żejtni. B'kollox f'kull kontenitur kien hemm 10 Kg minn din is-sustanza, biex flimkien jgħoddu għat-total ta' 60 Kg
Eżaminazzjoni li saret nhar it-Tlieta wriet illi d-droga kienet mija fil-mija pura.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.