Raġel ta’ 44 sena mis-Siġġiewi talab lill-Qorti tgħinu biex jegħleb il-vizzju tal-pornografija tat-tfal wara li fuq il-kompjuter tiegħu instab ammont kbir ta’ pornografija tat-tfal.
Ir-raġel tressaq il-Qorti akkużat li niżżel ritratti u anke filmati li juru tfal taħt l-età għarwenin u f’attivitajiet sesswali u li anke xerred l-istess materjal.
L-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi, bl-avukati tiegħu jispjegaw li r-raġel għandu problemi psikoloġiċi u xtaq l-għajnuna.
Il-prosekuzzjoni kkonfermat li r-raġel anke lill-Pulizija talabha tgħinu biex jegħleb il-vizzju.
Il-Maġistrat tatu sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u anke ordnatlu jfittex l-għajnuna.
Il-Qorti ordnat ukoll li l-materjal jiġi kkonfiskat u distrutt.