Student żagħżugħ ta' 21 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat b'stupru ta' tfajla.
L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti deher quddiem il-Maġistrat Nadine Lia akkużat li stupra tfajla fis-17 ta’ Diċembru 2016 bir-rapport isir tlett xhur ilu biss.
L-Ispettur spjega li ż-żagħżugħ ġie arrestat wara li ġie ordnat iżur l-għassa tal-Pulizija tal-Imsida.
Minkejja dawn l-akkużi l-avukat tal-imputat ikkontestat l-verżjoni tal-vittma. “Ġurnata wara kellmitu u qatlu kemm ħadet gost waqt l-allegat stupru, apparti li ma wriet l-ebda biża mill-akkużat u kompliet titkellem miegħu sa Mejju 2018. Qatt ma kien hemm xi theddid.”
L-akkużat li huwa minn Għawdex wieġeb mhux ħati. L-avukat tal-akkużat talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-ħelsien jingħata fuq il-kundizzjoni li ma jmur fl-ebda żona fejn tgħix il-vittma u b'depożitu ta’ €1000 u garanzija personali ta' € 5000.